Saturday, September 7, 2024

Claudio Ranieri mistenni jkun maħtur ċittadin onorarju ta’ Cagliari

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Cagliari Claudio Ranieri mistenni jiġi maħtur bħala ċittadin onorarju ta’ din il-belt hekk kif il-kunsill lokali qed jiddiskuti proposta li ressaq wieħed mill-kunsilliera flimkien mas-sindku Paolo Truzzu.

Għal Cagliari, Ranieri jfisser ħafna hekk kif wara perjodu ta’ tliet snin bejn l-1988 u l-1991, irritorna fit-tmun tal-klabb fl-istaġun li għadda u wassalhom sal-promozzjoni għas-serie A.

Min-naħa tiegħu, Ranieri qal li jinsab sodisfatt li għall-poplu ta’ Cagliari, hu jfisser ħafna u wiegħed li jkompli jtihom aktar sodisfazzjon.

Ekonomija

Sport