Friday, December 27, 2024

Claudio Ranieri se jirtira mill-football

Aqra wkoll

Claudio Ranieri huwa lest li jwarrab mill-kariga tiegħu u jitlaq mid-dinja tal-football wara li s-sena l-oħra mexxa lit-team maħbub tiegħu, Cagliari, għall-promozzjoni, qabel ma għen biex jiżgura s-si­gurtà tas-Serie A fi tmiem il-ġimgħa.

Skont rapporti fil-midja, Ranieri se jieħu pass ‘il bogħod mill-football, għalkemm għadu ma ġiex ikkonfermat jekk hux qed jirtira uffiċjalment.

Kienet terminazzjoni ta’ kuntratt miftiehem b’mod reċiproku, hekk kif Ranieri kien fadallu sena oħra fuq il-ftehim li kellu jiskadi fis-sajf tas-sena d-dieħla 2025.

Il-coach ta’ 72 sena huwa forsi l-iktar magħruf mill-kommunità internazzjonali tal-football usa’ bħala l-moħħ wara l-mal­tempata mirakoluża u li tisfida t-tbassir ta’ Leicester City għat-titlu tal-Premier League fl-2015-16.

Madankollu, l-imħabba tiegħu lejn Cagliari, fejn kollox beda u fejn l-istorja maniġerjali ta’ Ranieri setgħet waslet fi tmiemha, hija dik li żammitu fil-logħba matul dawn l-aħħar sentejn.

Huwa gawda żewġ perjodi f’Sardinja. Id-darbtejn, bejn l-1988-91 u l-2023 sal-pre­żent, Ranieri wassal lil Cagliari għall-promozzjoni għas-Serie A.

Bejn dak iż-żmien, hemm lista enormi ta’ eks assoċjazzjonijiet, fosthom ma’ Napoli, Fiorentina, Valencia, Atletico Madrid, Chelsea, Parma, Juventus, Roma, Inter, it-team nazzjonali tal-Greċja, l-imsemmija Leicester, flimkien ma’ Nantes, Fulham, Roma mill-ġdid, Sampdoria u Watford.

Cagliari kkonfermaw li Ranieri qed iwarrab fi tribut twil, iżda xieraq, bit-titlu ‘Per sempre grati, mister’.

Il-club kiteb: “Il-coach Ranieri jsellem lil Cagliari: Fiż-żewġ perjodi tiegħu mal-club, huwa dejjem irnexxielu jmexxi lit-team biex jilħaq l-għan oriġinali tiegħu. Diġà l-moħħ wara żewġ promozzjonijiet konsekuttivi fil-passat (mis-Serie C għas-Serie A) u s-salvazzjoni fl-ogħla livell, fl-aħħar sena u nofs, għaqqad kapolavur ieħor.”

Iktar tard komplew: “Hija l-għeluq taʼ ċiklu sħiħ. Li nibqgħu fis-Serie A, eżatt kif kien 31 sena ilu, għal darb’oħra fl-Emilia- Romagna, ġurnata qabel tmiem l-istaġun.

“Qisna konna qed naraw film, wieħed rebbieħ tal-Oscar, wieħed li jirkbek bl-iskript perfett tagħhom, wieħed minn dawk li jġiegħlek tidħaq, iżda wkoll iċċaqilqek u jġiegħlek tħossok emozzjonat.

“Dawn huma dmugħ ta’ ferħ u gratitudni għar-raġel li seta’ jikteb uħud mill-isbaħ skripts fl-istorja ta’ Cagliari. Dak li għamel jibqa’ ma jitħassarx f’qalb kull partitarju.”

Ekonomija

Sport