Sunday, November 24, 2024

Clean Malta u l-AFM b’ħidma konġunta f’diversi żoni fil-pajjiż

Aqra wkoll

Clean Malta Cleansing and Maintenance Division u l-forzi tal-ordni bdew ħidma konġunta biex filwaqt li jkun hawn aktar indafa madwar il-pajjiż, il-forzi tal-ordni jinforzaw il-liġijiet.

Kien il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo li ħabbar li f’San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra għaddejja ħidma konġunta bejn Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division u l-forzi tal-ordni.

Ix-xogħlijiet ta’ tindif u l-ħasil tax-xatt li qiegħed isir ta’ kuljum qegħdin jiġu kkumplimentati b’infurzar għal min jikser l-indafa jew il-paċi pubblika fl-inħawi msemmija.

F’dawn l-aħħar ġranet żdiedu r-riżorsi umani f’din iż-żona sabiex tintlahaq ukoll ż-żona residenzjali b’interventi ta tindif addizzjonali ma dak li jagħmel il-Kunsill Lokali.

Sport