Clement Lenglet qiegħed dejjem aktar viċin li jibqa’ ma’ Atletico Madrid. Wara staġun pożittiv, b’34 dehra u bi 32 minnhom sa mill-ewwel minuta, 3 gowls u 2 assists, il-Franċiż impressjona. Skont sit elettroniku Spanjol, Barcelona u Atletico Madrid qed jaħdmu biex jilħqu ftehim: self ieħor jew trasferiment permanenti. Lenglet jaf jaċċetta wkoll li jitnaqqaslu s-salarju għalkemm qed jara ftit x’għandha tkun it-triq ‘il quddiem.
Los Colchoneros min-naħa l-oħra, lesti li joffrilu kuntratt itwal. L-għan hu li kollox jintemm qabel it-tazza tad-dinja tal-klabbs. L-isforzi qed jiżdiedu biex jingħalaq kollox malajr b’Lenglet li mhux se jiddejjaq jilgħab għal darb’oħra f’Estadio Wanda Metropolitano.