Sunday, December 22, 2024

Cliff Richard ma jridx ikun jaf min akkużah b’attakk sesswali

Aqra wkoll

Il-kantant famuż, Cliff Richard, li kien fost dawk li ddominaw ix-xena tal-mużika popolari fi s-snin 50, 60 u 70, qal li ma jridx ikun jaf l-identità tal-persuna li kienet akkużatu b’attakk sesswali fuqha.

Din l-istorja ġiet rappurtat fi s-sit elettroniku Metro.co.uk li qalet li dan il-każ ta’ Cliff Richard imur lura għas-sena 2014, meta l-kantant kien ġie akkużat li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tifel ta’ 15-il sena waqt rally f’Sheffield fl-1985.

Huwa kien ġie akkużat ukoll minn erba’ rġiel oħra b’reati sesswali bejn is-snin 1958 u 1983 iżda dawn l-akkużi twaqqgħu minħabba provi insuffi ċjenti. Cliff Richard, li snin ilu kien onorat bit-titlu ta’ Sir mir-Reġina Eliżabetta II, qatt ma ġie arrestat jew akkużat fl-investigazzjoni u dejjem ċaħad l-akkużi kontrih.

Sir Cliff, li llum għandu 81 sena issa deher fuq id-dokumentarju ta’ Channel 4 The Accused: National Treasures On Trial, li kien iċċentrat fuqu u fuq Neil Fox u Paul Gambaccini li kull wieħed minnhom kienu akkużati b’attakki sesswali iżda qatt ma ġew arrestati jew imressqa fi l-qorti.

Waqt li kien qed jitkellem dwar dak id-dokumentarju, Cliff Richard ammetta li kien ħass ġo fih ‘mibegħda vjolenti u rabja profonda’ lejn il-persuna li akkużatu tant li meta kien jimtedd fuq is-sodda billejl kienet tiġi quddiem għajnejh il-gravità tas-sitwazzjoni li kien jinsab fi ha.

Snin wara li tħabbar mill-Crown Prosecution Service li ma kienx hemm ‘provi suffiċjenti’ biex jakkużawh b’reat, Sir Cliff jgħid li lanqas biss jaf isem l-akkużatur tiegħu.

Il-kantant ta’ ‘Summer Holidays’ kien qed jgħix il-Portugall fi ż-żmien tal-investigazzjoni,u ripetutament kien ibati bil-ħruq ta’ Sant’Antnin u bi nfafet jidhru fuq rasu.

Dwar dik il-kundizzjoni medika huwa qal li eventwalment sar jaf x’inhi minn tabib lokali li wissieh li l-infafet kienu qed joqorbu lejn għajnejh bil-periklu li seta’ jibqa’ għama.

Filwaqt li Sir Cliff Richard qatt ma ġie arrestat għall-allegati aggressjoni sesswali, madankollu l-pulizija kienu għamlu tfttixija f’daru li xxandret live fuq il-BBC fejn aktar tard il-kantant fi ttex lill-BBC u rebaħ il-każ fuq invażjoni tal-privatezza.

Waqt li tkellem dwar ilkaż tal-qorti, huwa ammetta li dam jaħsibha dwar li jfi ttex lill-BBC għax “jekk tipprova tħarrek lill-BBC qisek qed tħarrrek lill-Gran Brittanja”.

Iżda, huwa qal li dawn in-nies iridu jkunu jafu li hu serju dwar dan u li dak li għadda minnu u ntqal fuqu kienet ħaġa serja ħafna, ta’ ħsara u diżgustanti.

Ekonomija

Sport