Gzira United FC ħabbru li Clive Mizzi huwa l-kowċ il-ġdid tagħhom.
Bi snin ta’ esperjenza u għarfien profond tal-logħba, Mizzi jġib miegħu passjoni, tmexxija soda u mentalità ta’ ħidma iebsa fl-iskwadra tal-maroons. Gizra qalu li jinsabu kunfidenti li hu l-persuna t-tajba biex imexxi lit-tim f’kapitlu ġdid eċċitanti.
Il-president tal-Klabb Sharlon Pace qal “Għall-proġett il-ġdid tagħna ridt kowċ motivat bi snin ta’ esperjenza bħala kowċ u anke bħala plejer. Il-prinċipji ta’ Clive jaqblu perfettament mal-viżjoni tal-klabb tagħna u għalhekk ma kienx diffiċli li naħtruh bħala l-kowċ il-ġdid tagħna.”