Saturday, June 7, 2025

Clive Mizzi mhux se jkompli fir-rwol tiegħu bħala kowċ ta’ Melita FC

Aqra wkoll

Melita FC ħabbru li l-kowċ Clive Mizzi mhux se jkompli fir-rwol tiegħu bħala kowċ tal-klabb flimkien mal-kowċis Matthew Mizzi u Mark Abela. Clive ngħaqad mal-klabb fis-sajf ta’ sentejn ilu u immedjatament ħalla l-marka tiegħu, billi mexxa lit-tim għal titlu dominanti taċ-Challenge League fl-ewwel staġun tiegħu meta ħafna kklassifikaw lil Melita FC bħala outsiders. Dak is-suċċess ra lil Melita jirritornaw fil-Malta Premier, u kitbu kapitlu indimentikabbli fl-istorja kburija tal-klabb.

Fl-istaġun li għadda, taħt it-tmexxija ta’ Clive, it-tim ikkompeta b’mod ammirabbli fl-ogħla livell, imbotta sal-aħħar jum u tilef biss postu fil-Malta Premier fl-aħħar logħba deċiżiva kontra Naxxar Lions FC. Il-professjonaliżmu, il-passjoni u l-impenn tiegħu lejn il-filosofija ta’ Melita ħallew impatt dejjiemi fuq il-klabb, il-plejers u l-partitarji.

Melita FC irringrazzjaw lil Clive għal dak kollu li kkontribwixxa u awgurawlu l-isbaħ xewqat fl-isforzi futuri tiegħu. Huma qali li huwa dejjem se jkun parti mill-familja ta’ Melita.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport