Wednesday, December 25, 2024

Club Brugge mistennija jkeċċu lill-coach Scott Parker

Aqra wkoll

Il-coach Ingliż ta’ Club Brugge, Scott Parker, jinsab viċin li jitkeċċa mill-kariga tiegħu wara l-eliminazzjnoni b’mod umiljanti mill-UEFA Champions League. 

Parker, 42 sena, f’Diċembru li għadda, inħatar biex imexxi  lit-team iżda wara li huwa ġie mkeċċi minn Bournemouth, f’Ottubru li għadda, il-karriera maniġerjali ma żviluppatx kif mixtieq. 

Mindu ħa r-responsabbiltá tat-team, ir-rekord ta’ Parker minn 12-il partita huwa ta’ żewġ rebħiet biss, b’sitt goals favur tagħhom. 

Fil-partita tat-tieni leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Brugge sfaw megħluba minn Benfica bl-iskor ta’ 5-1 biex il-Portugiżi kkwalifikaw għall-kwarti-finali bl-aggregate ta’ 7-1. 

Kienet l-akbar marġni ta’ telfa għal Brugge filwaqt li kienet l-ewwel darba li sofrew ħames goals f’din il-kompetizzjoni mit-telfa ta’ 6-1 kontra Monaco, f’Novembru 1988.

Rapporti qed isostnu li  Alfred Schreuder, li telaq fl-istaġun li għadda biex jingħaqad ma’ Ajax iżda tkeċċa mill-club Olandiż f’Jannar li għadda, mistenni jieħu post Parker.

Ekonomija

Sport