Wednesday, December 25, 2024

Clyde Puli: Il-budget lill-edukazzjoni taha l-ġenb

Aqra wkoll

Il-kellem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar il-qasam tal-edukazzjoni u x-xogħol Clyde Puli qal li l-verdett tiegħu dwar il-Budget 2021 huwa li l-edukazzjoni ġiet injorata u ngħatat il-ġenb.

Huwa u jitkellem fis-seduta li fiha ġew diskussi l-estimi għall-imsemmi ministeru kif imħabbra fil-budget, Puli sostna li l-Gvern m’offrix viżjoni u pjan fit-tul.

Puli qal li f’nofs il-kriżi tal-pandemija l-Gvern illapazza u għalkemm waqqaf think tank ma sema xejn waqt li żied li l-budget m’offrix soluzzjoni għall-krżiijiet li qed tiffaċċja s-sistema edukattiva.

Huwa lmenta li fl-edukazzjoni hemm nuqqas ta’ ‘leadership’ u li l-‘policies’ qed isiru fi kmamar magħluqin mingħajr konsultazzjoni ma’ dawk involuti fis-settur.

Puli sostna wkoll li hemm eżodu fost it-‘top management’ fil-ministeru u akkużah li jinsab maqtugħ mir-realtà tal-klassi u l-għalliema waqt li akkuża lill-Gvern li jekk hemm xi ħaġa li jeċċella fiha hija l-propoganda għax mill-bqija qed jaġixxi b’“tardezza” f’dan il-qasam.

Ekonomija

Sport