Il-midfielder internazzjonali Olandiż ta’ PSV Eindhoven, Coady Gakpo, qed jiġi segwit minn Liverpool u Manchester United u għaldaqstant tidher li se tkun taqtiegħa bejn dawn ir-rivali eterni għal min jikseb il-firma tiegħu.
Filwaqt li l-assitant coach ta’ Liverpool, l-Olandiż Pep Lijnders, qed iħeġġeġ lill-coach Jurgen Klopp biex jiffirmah minħabba li jemmen li jista’ jkun il-pont mal-attakkanti, Manchester United diġá għamlu offerta għal dan il-player ta’ 23 sena.
Iżda minħabba l-fatt li fi ftit jiem oħra se tibda t-Tazza tad-Dinja, il-player irid ikun iffokat fuq il-wirjiet tiegħu mal-Olanda.
Madankollu f’Jannar li ġej, id-destinazzjoni tiegħu tista’ tkun magħrufa.