Fit-23 ta’ Awwissu ġewwa l-pjazza tan-Naxxar ħa tittella’ għall-ewwel darba, Combat Sport Charity event b’risq tifla Maltija, Kate Ferriggi li għandha bżonn ħafna għajnuna medika, speċjalment fi spejjeż ta’ safar. Il-combat sport team flimkien mal-kunsill lokali tan-Naxxar qegħdin jorganzaw dan l-avveniment fejn se jikkonsisti f’taħlita ta’ dixxiplina sportiva fosthom mill-Pembroke Karate club min Sensei Michelle flimkien ma’ Team India Karate club, Wasp Combat technique min Master Alfred Galea, Exhibition ta’ Arti Brażiljana – Capeoria immexxija mill-kowċ Joao Paulo Raamlho.
Il-qofol tal-avveniment ħa jintrama r-Ring fejn se jkun hemm madwar 12-il Bout ta’ Kickboxing u Boxing fuq livelli diversi. Ħafna mill-preparamenti jinsabu fi stadju avvanzat, grazzi għall-Promoter ta’ esperjenza is-Sur Demis Tonna li tana ħafna għajnuna. Xejn inqas lill-Boxer professjonali Steve Martin li qiegħed jikkordina l-Boxing fights u Alan Borg flimkien mal-Wu Shu Ky kickboxing Club jikkordinaw il-kickboxing bouts.
Is-Senesi Alan Borg f’siem il-Wu ShuKy kickboxing club xtaq jieħu l-okkażjoni u jirringrazzja lill-għaqdiet u l-klabbs li qegħdin jgħinuhom billi jipparteċipaw biex dan l- avveniment ikun ta’ suċċess fosthom il-Basement Club, Fight factory boxing club, Good Vibes Boxing Club, Bujinkan Taijitsu – Mosta, Pembroke Karate Club, Team Spartan u Warriors kickboxing Club.
Dan filwaqt li xtaqu jirringrazzjaw lil ftit sponsors li qed jgħinuhom biex itaffu ċerti spejjeż fosthom Nectar Ltd, The Shave Factory , Biily Boys Naxxar, Dive Masters, Aquilina Transports, Malta Elite Supplements , Marriobo restaraunt, Otto Club u Ta’ Kanani Bar.
L-avveniment se jibda mis-7pm ‘il quddiem. Inħeġġu l-pubbliku jattendi u jagħti donazzjoni b’risq Kate Ferriggi u fejn it-tfal jistgħu jipparteċipaw f’ċerti dimostrazzjonijiet. Grazzi lill-Kunsill lokali tan-Naxxar ta’ din l-opportunitá speċjalment il- kunsillier responsabbli mill-isport, is-Sur Marlon Brincat.