Aaron Gate ta’ New Zealand rebaħ l-isprint fir-Road Race tal-irġiel biex kiseb ir-raba’ midalja tad- deheb taċ-ċikliżmu fil-ġurnata ta’qabel tal-aħħar f’Warwick f’Birmingham 2022.
Gate ddomina fil-velodrome u rebaħ it-tellieqa tal-punti, l-insegwiment individwali u kien parti mit-team rebbieħ tal-midalja tad-deheb tal-insegwiment tat-team ta’ New Zealand.
L-Ingliż Sam Watson u Sam Culverwell ta’ Guernsey għamlu tentattiv kuraġġuż biex jaħarbu hekk kif it-tellieqa waslet fl-aħħar stadji u ladarba l-pakkett ta’ warajhom kien leħaqhom, Geraint Thomas ta’ Wales għamel l-attakk tiegħu.
Thomas inqabad mill-grupp mal-1,500m mit-tmiem biex iwaqqaf sprint sal-linja u Gate ħareġ ċar biex rebaħ fil-ħin ta’ tliet sigħat 28 minuta u 29 sekonda.
Gate stqarr li jista’ jieħu ftit żmien biex jirrealizza li se jieħu miegħu erba’ titli tal-Commonwealth lejn id-dar.
Huwa qal: “Se nieħu ftit taż-żmien biex tinżilli. Tlieta ħassejthom xi ħaġa kbira u kont super kuntent ħafna b’erbgħa.”
F’din ir-Road Race ħa sehem il-Malti Aidan Buttigieg li spiċċa fis-60 post meta bdewha 124 ċiklist li minnhom 59 ma spiċċawhiex.
GEORGIA BAKER TIRBAĦ IR-ROAD RACE TAN-NISA
Wara li spiċċat fir-raba’ post fit-Time Trial Individwali, Georgia Baker tal-Awstralja, rebħet il-midalja d-deheb fir-Road Race tan-nisa.
Il-midalja tal-fidda mar-ret għand l-Iskoċċiża, Neah Evans, biex żieded maż-żewġ midalji li rebħet fit-track cycling, u l-Awstraljana Sarah Roy ħadet il-bronż.
BAJRANG PUNIA JIBDA L-GOLD RUSH FIL-LOTTA
Bajrang Punia, Deepak Punia u Sakshi Malik kollha rebħu fil-logħbiet tagħhom għall-midalja tad-deheb biex ġabu l-għadd ta’ midalji tad-deheb tal-Commonwealth f’dan l-isport għal 46.
Bajrang ta bidu għall- għaġġla tad-deheb billi ddefenda t-titlu tiegħu b’rebħa fuq il-Kanadiż, Lachlan McNeil, 9-2, fil-finali tal-65kg.
L-Ingliż George Ramm rebaħ midalja tal-bronż b’rebħa ta’ 11-0 fuq Lowe Bingham ta’ Nauru, filwaqt li l-bronż l-oħra marret għand Inayat Ullah tal-Pakistan.
Ir-rebħa ta’ Malik seħħet ftit wara ta’ Bajrang, u żiedet id-deheb mal-fidda u l-bronż li rebħet fi Glasgow 2014 u fil-Gold Coast 2018 rispettivament.
Malik kisbet ir-rebħa b’waqgħa kontra l-Kanadiża, Ana Godinez Gonzalez, fil- kategorija tat-62kg.
Berthe Emilienne Etane Ngolle tal-Kamerun u Esther Omolayo Kolawole tan-Niġerja rebħu midalji tal-bronż.
U l-Indja ma waqfux hemmhekk, b’Deepak Punia jegħleb liċ-champion tal-Commonwealth Muhammad Inam tal-Pakistan fil- logħba ta’ 86kg għall-midalja tad-deheb.
L-atleta ta’ 28 sena ssiġilla r-rebħa bil-punti 3-0 biex ma jħallix lil Inam jiddefendi t-titlu tiegħu.
Odunayo Adekuoroye tan-Niġerja rebħet it-tielet midalja tad-deheb konsekuttiva tagħha tal-Commonwealth b’rebħa fis-57kg tan-nisa.
Il-midalji tal-bronż marru għand il-Kanadiża Hannah Taylor u Nethmi Poruthotage ta’ Sri Lanka.
In-Niġerja kisbet it-tieni midalja tagħha tal-lejla hekk kif Blessing Oborududu ddefendiet it-titlu tat-68kg.
L-atleta ta’ 33 sena kiseb rebħa bil-punti 5-1 fuq Linda Morais tal-Kanada.
Tayla Ford ta’ New Zealand u Divya Kakran tal-Indja ħadu l-midalji tal-bronż.
Id-deheb fil-konkors finali tal-lejla mar għand il-Kanada – l-aktar nazzjon ta’ suċċess fl-istorja tal-lotta tal-Commonwealth – hekk kif Amarveer Dhesi rebaħ id-deheb fil-125kg.
L-Ingliż Mandhir Kooner rebaħ il-midalja tal-bronż, bl-oħra marret għand l-Indjan, Mohit Grewal.
L-INGLIŻI JIKSRU R-REKORD TAGĦHOM TAL-LOGĦOB
L-Ingilterra kisru r-rekord tal-midalji tagħhom fil-Logħob tal-Commonwealth.
In-nazzjon ospitu, l-Ingilterra, kisbu l-akbar suċċess tagħhom tal-Logħob li qatt kellhom b’total ta’ midalji fl-aħħar jum li wassalhom għal 176. L-aqwa total ta’ midalji preċedenti tal-Ingilterra kien 174 – stabbilit fi Glasgow 2014.
Huma daħlu fl-aħħar ġurnata fuq 166 u kisru r-rekord preċedenti tagħhom bid-deheb u l-fidda fil-finali tal-isquash doubles tal-irġiel.
B’numru ta’ finalisti jiggarantixxu l-midalji, kienu d-deheb u l-fidda tal-qbiż mill-koppji Andrea Spendolini-Sirieix u Noah Williams u Lois Toulson u Kyle Kothari li effettivament issiġillawlhom ir-rekord.
It-total ta’ 57 midalja tad-deheb tal-Ingilterra huwa waħda inqas mill-ammont tagħhom ta’ Glasgow.
Dan ħalla lill-Ingilterra t-tieni fil-klassifika tal-midalja wara l-Awstralja, li spiċċaw il-Logħob b’67 deheb u 178 midalja b’kollox.
L-għawwiem Tom Dean ħalla Birmingham bl-aktar midalji fil-but għall-Ingilterra, b’sitta fidda u waħda deheb.
Il-Logħob tal-għaġeb ta’ Jake Jarman fil-ġinnastika rawh jiġbor erba’ midalji tad-deheb filwaqt li Spendolini-Sirieix kien wieħed mill-istilel li rebaħ tnejn deheb u waħda fidda.
L-AWSTRALJA BID-DEHEB FIL-HOCKEY TAL-IRĠIEL
L-Awstralja żammew ir- rekord li jirbħu kull logħba tal-hockey b’rebħa 7-0 fuq l-Indja b’Nathan Ephraums u Jacob Anderson jiskorjaw tnejn kull wieħed b’Tom Wickham, Blake Govers u Flynn Ogilvie jiskorjaw wieħed kull wieħed hekk kif l-Awstralja rebħu s-seba’ titlu tagħhom.
ĊERIMONJA TAL-GĦELUQ
Il-Logħob intemmu l-bieraħ filgħaxija meta fl-Alexander Stadium saret iċ-Ċerimonja tal-Għeluq li fiha l-bandiera Maltija nġarret mill-atleta Charlotte Wingfield.