Thursday, November 27, 2025

Commonwealth Youth Games: Malta 2027 imniedi uffiċjalment waqt L-Assembleja Ġenerali Commonwealth Sport

Aqra wkoll

Wara l-firem uffiċjali tal-ftehim f’Malta f’Lulju li għadda, it-tmexxija tat-tmien edizzjoni tal-Commonwealth Youth Games li se jsiru f’Malta fl-2027 ġiet imnedija uffiċjalment waqt l-Assembleja Ġenerali ta’ Commonwealth Sport li saret f’Glasgow, l-Iskozja, fejn delegati minn 74 Commonwealth Games Associations minn madwar id-dinja nġabru għal dan l-avveniment ewlieni li jsir kull sentejn.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Games Association Malta, Kevin Azzopardi – li ser jkun qed jispiċċa minn din il-kariga fil jiem li ġejjin – estenda stedina uffiċjali lill-pajjiżi u t-territorji kollha kif ukoll ta’ preżentazzjoni li tinkludi l-aħħar dettalji dwar is-sitt sport li se jsiru f’Malta (atletika inkluża para-atletika, għawm inkluż para-għawm, ibburdjar, squash, waterpolo u weightlifting) u ż-żewġ sport li se jsiru f’Għawdex (netball u triathlon).

Huwa mistenni li aktar minn 1000 atleta u 600 kowċ u uffiċjali se jipparteċipaw fil-Logħob li se jsiru bejn id-29 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru 2027, u li se jkunu segwiti bl-Assembleja Ġenerali li se ssir jumejn wara.

Fit-tmiem tal-preżentazzjoni, il-President ta’ Commonwealth Sport, Dr Donald Rukare, ippreżenta l-‘quaich’ – is-simbolu ikoniku tal-avveniment – lill-President tal-Commonwealth Games Association Malta, Julian Pace Bonello.

“Dan il-mument jisħaq ħafna aktar mill-bidu tal-preparazzjonijiet tagħna. Dan jirrifletti l-impenn ta’ Malta li tħaddan u tissaħħaħ l-isforżi tal-atleti żgħażagħ, filwaqt li tiċċelebra l-valuri ta’ ħbiberija, inklużjoni u logħob ġust li jiddistingwu l-Commonwealth. Fl-2027, se niftħu l-bibien tagħna għad-dinja u noħolqu Logħob li jħalli wirt dejjiemi għaż-żgħażagħ tagħna u għal pajjiżna.” – Julian Pace Bonello

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport