Sunday, November 24, 2024

Concacaf: Erba’ mkeċċija bejn l-Istati Uniti u l-Messiku

Aqra wkoll

Is-semi-finali tat-Tazza CONCACAF bejn l-Istati Uniti u l-Messiku spiċċat f’farsa hekk kif ġew imkeċċija erba’ players. 

Kienu l-Istati Uniti li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 b’goals minn Christian Pulisic (37, 46) u Ricardo Pepi (78). 

Il-logħba kienet waħda tensa hekk kif fit-tieni taqsima iż-żewġ timijiet kellhom żewġ players imkeċċija – Cesar Montes (69) u Gerardo Arteaga (85) għall-Messikani u Wes­ton McKinnie (71) u Sergino Dest (84) għall-Amerikani.

Barra minn hekk kien botti u risposti bejn il-partitarji opposti fejn waddbu oġġetti lil xulxin. Dan minbarra li kien hemm ukoll kant omofobiċi, tant, li l-partita ġiet sospiża għal ftit minuti sakemm ikkalmat is-sitwazzjoni. 

Ir-referee kellu jwaqqaf il-partita għal ftit minuti anke fit-12-il minuta tal-ħin miżjud. 

Sport