Fil-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal- UEFA Conference League, Chelsea u Fiorentina rebħu l-konfront tagħhom kontra Astana u Lask LINZ rispettivament biex baqgħu jsaħħu posthom fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika.
Astana v Chelsea– Bi players żgħażagħ ġodda fit-team, Chelsea xorta waħda kienu tajbin biżżejjed meta marru l-Kazakhstan u għelbu lil Astana bl-iskor ta’ 3-1.
Għal Chelsea skorjaw Marc Guiu (14, 18) u Renato Veiga (39) filwaqt li Marin Tomasov (45) wieġeb għat-team ospitu.
Fiorentina v Lask LINZ – Fiorentina rreġistraw l-akbar rebħa tal-ġurnata meta laqgħu lill-Awstrijaki ta’ Lask LINZ u għelbuhom bl-iskor ta’ 7-0, bil-protagonisti jkunu Riccardo Sottil (10, 58), Jonathan Ikone (22), Amir Richardson (39), Rolando Mandragora (69), Filip Stojkovic (83 o.g.) u Albert Gudmundsson (85 pen).
Copenhagen v Hearts – Copenhagen għelbu lil Hearts bl-iskor ta’ 2-0 biex żammew it-tamiet ħajjin għall-kwalifikazzjoni mal-Aħħar 16, bil-goals jaslu minn Amin Chiakha (48) u Kevin Diks (78 pen).