Rigas FS ………..……2
Hamrun Spartans …2
(Aggregate: Hamrun Spartans 3-2)
Minn Cristian Muscat
Il-jum tal-Ħamis 28 ta’ Awwissu, 2025, jibqa’ mniżżel b’ittri tad-deheb hekk kif kitbu l-istorja u poġġew lill- football Malti fil-mappa Ewropea hekk kif ikkwalifikaw għall-Fażi tal-Kampjonat tal- UEFA Conference League meta barra minn xtutna spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Rigas FS tal-Latvja għal aggregate ta’ 3-2.
Rigas fittxew għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita hekk kif fittxew goal kmieni u wara inqas minn żewġ minuti, Diomande serva lil Ikaunieks fuq il-lemin u mill-cross ta’ dan tal-aħħar, Mor Talla xeħet barra mill-viċin.
Hamrun wieġbu fis-seba’ minuta bi cross ta’ Rafael Compri li minnu Emerson Marcelina xeħet barra b’daqqa ta’ ras. Żewġ minuti wara, Eder serva lil Saliou Thioune iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata mill-goalkeeper, Marko Maric.
Fit-12-il minuta, l-Ispartans fetħu l-iskor meta Joseph Mbong xeħet cross li sab lil SALIOU THIOUNE li b’eleganza, xeħet il-ballun wara Maric.
Madankollu, fis-17-il minuta, RFS kisbu d-draw meta l-player Mor Talla twaqqa’ fil-kaxxa minn Eder u mill-11-il metru, STEFAN PANIC ma ħafirx.
Dan il-goal pprovda injezzjoni morali lil RFS u fit-28 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Petr Mares sabet lill-goalkeeper, Henry Bonello, attent biex salva goal ċert.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u, fil-45 minuta, Tayrell Wouter ma laħaqx bi ftit wara li rċieva minn cross fil-baxx mix-xellug, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn u b’Hamrun jeħilsuha ħafif.
Fis-67 minuta, l-Ispartans reġgħu marru fil-vantaġġ meta f’azzjoni brillanti, Mbong xeħet cross insidjuż li minnu VINCENZO POLITO xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Iżda fis-87 minuta, Rigas għamlu l-iskor indaqs meta DARKO LEMAJIC approfitta minn cross fuq il-lemin biex kien pront jixħet il-ballun fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Fil-ħin miżjud, l-Ispartans kellhom f’saqajhom it-tielet goal meta N’Dri Koffi minn pożizzjoni ferm ideali tefa’ għoli.
L-aħħar minuti kienu ferm eċċitanti iżda l-Ħamruniżi għarfu jikkontrollaw lill-avversarji biex irnexxielhom jagħmlu li l-ebda team Malta qatt ma għamel fil-passat.
PROSTI HAMRUN S.!
RigAS FS: 35-Marko Maric, Aleksandar Filipovic, 7-Ismael Diomande (22-Darko Lemajic 63), 10-Janis Ikaunieks, 11-Roberts Savalnieks, 18-Dmitrijs Zelenkovs, 25-Petr Mares, 26-Stefan Panic, 37-Tayrell Wouter (49-Martins Kigurs 55), 43-Ziga Lipuscek, 70-Mor Talla (71-Barthelemy Diedhiou 73) – Coach: Viktors Morozs
HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 2-Rafael Compri, 9-Saliou Thioune (47-Mouad El Fanis 83), 10-Joseph Essien Mbong, 13-Vincenzo Polito, 19-N’Dri Koffi, 25-Ederson (8-Matias Nicolas Garcia 73), 27-Ognjen Bjelicic, 33-Domantas Simkus (24-Ante Coric 65), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli – Coach: Giacomo Modica
referee: Horatiu Fesnic (Rumanija)
ASS. refereeS: Valentin Avram, Alexandru Cerei (Rumanija)
RABA’ UFF: Rares Vidican (Rumanija)
SKORERS: S. Thioune 12, V. Polito 67 (H), S. Panic pen. 17, D. Lemajic 87 (RFS)
AMMONITI: E. Marcelina, O. Bjelicic, H. Bonello, A. Coric, N’Dri Koffi (H), S. Panic, P. Mares (RFS)