Friday, November 29, 2024

Congresswoman misruqa fid-dawl tax-xemx minn persuni armati f’Piladelphia

Aqra wkoll

Il-congresswoman Mary Gay Scanlon spiċċat misruqa fid-dawl tax-xemx minn żewġ persuni li ppuntaw arma tan-nar lejha, fejn dawn anke ħadulha l-karozza. Apparti hekk hu mifhum li l-ħallelin ħadulha wkoll il-mowbile li tuża għax-xogħ­ol tal-gvern kif ukoll il-karta tal-Identità. Fortunatament Scanlon ma sofriet l-ebda ġrieħi f’dan il-każ.

Dan il-każ seħħ fil-belt ta’ Philadelphia u min-naħa tagħhom l-FBI qed jagħtu l-assistenza tagħhom fl-investigazzjonijiet. Bħal f’numru ta’ bliet oħrajn madwar l-Istati Uniti tal-Amerika, il-belt ta’ Philadelphia esperjenzat żieda fir-rata tal-kriminalità matul dawn l-aħħar
snin. 

Il-każ seħħ hekk kif Scanlon kienet miexja lejn il-karozza tagħha wara laqgħa li kellha fid-distrett tagħha. Ġara li dak il-ħin resqet lejha karozza SUV sewda u żewġt irġiel armati talbuha ċ-ċwievet tal-karozza u l-affarijiet personali tagħha. 

Is-serqa fuq Scanlon ġewwa Philadelphia seħħet 24 siegħa biss wara li s-senatur ta’ Illinois Kimberly Lightford kellha wkoll il-karozza tagħha misruqa minn persuni armati. 

Sport