Friday, June 13, 2025

“Connecting Through Culture” għada fix-xatt f’Ta’ Xbiex.

Aqra wkoll

Għada s-Sibt, 14 ta’ Ġunju, se ssir id-disa’ edizzjoni tal-attività kulturali “Connecting Through Culture” u se ssir fix-xatt f’Ta’ Xbiex.

Din l-attività tgħaqqad nies minn nazzjonijiet differenti permezz tal-kultura, filwaqt li ttella’ spettaklu b’artisti lokali u internazzjonali permezz tal-involviment ta’ numru kbir ta’ missjonijiet diplomatiċi, ambaxxati jew residenti f’Ta’ Xbiex, kif ukoll oħrajn li jinsabu barra mill-lokalità.

Barra l-parteċipazzjoni Maltija folkloristika, il-pajjiżi li se jipparteċipaw huma l-Greċja, Spanja, l-Italja, il-Ġermanja, l-Olanda, il-Palestina, l-Indja, il-Gappun, il-Qatar, il-Brażil, iċ-Ċina, fost oħrajn. Bħas-snin ta’ qabel, kull parteċipant inkluż il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex se jippreżentaw il-kultura, żfin jew gastronomija.

Se jkun hemm numru ta’ stands tal-artiġjanat Malti, bosta bands, kantanti, żeffiena, mużiċisti, żona għat-tfal u oħrajn. Avveniment li huwa organizzat mill-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex u d-dħul ghalih huwa b’xejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport