Conrad Borg Manché, is-Sindku tal-Gżira ħabbar li kien qiegħed jirriżenja mill-Partit Laburista u li kien diġà nforma lill-Amministrazzjoni tal-partit b’dan.
Jgħid li ilu xhur itella’ u jniżżel u li din kienet l-aktar deċiżjoni iebsa li qatt ħa f’ħajtu. Fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali, is-Sindku jgħid li “lbieraħ filgħaxija ezattament tnax il-siegha ilu bagħtt ittra ta’ riżenja lil amministrazzjoni tal-Partit Laburista li ser inkun qed nippublika sabiex kulħadd ikun jaf ir-raġunijiet u ħadd ma joqgħod jispekula u jivvinta.”
Allega li kien hemm min dejjem ħares lejn bħala xi ħadd żejjed u li qiegħed fu ql-istonku tagħhom għax “minix yes man u nirreżisti dejjem”.
Borg Manché jikteb li “jekk stennewha jew ma stennewhiex ma nafx pero għamluli minn kollox biex ma jkollix triq oħra ħlief li nirriżenja mill-partit. Malta żgħira u id-diskors jasal u jiddispjaċik meta tiġi muri mod imma jkun mod ieħor pero il-fatti juru dejjen il-verita u fuq il-fatti li qed ngħix ħadtha id-deċiżjoni fuq xejn iktar. Jiddispjaċini li kelli nssal s’hawn perà ħassejt li issa mhux talli twarrabt imma miegħi qehdin ibgħatu bil-kbir in-nies, allura kelli nieħu id-deciżjoni li qatt ma ħsibt li ser nieħu.”
Hu jkompli jikteb li kulħadd għandu l-limitu tiegħu, “issaportejt u stennejt biżżejjed issa. Kullħadd jiżbalja pero u dejjem ħfirt u mxejt il-quddiem pero dawn mhux żbalji li jinħafru imma inkejja u vendikazzjonijiet li jqażżuk u jagħjjuk.”
Temm jikteb li “forsi minħabba ir-riżenja tiegħi jħossuhom traduti pero inħeġġiġhom ifittxu il-verita biex ikollhom ħsieb b’saħħtu ibbażat fuq fatti u jieħdu deċiżjonijiet infurmati għal ġid tal-partit u fuq kollox għal-ġid tal-pajjiż.”