Juventus ikkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-Coppa Italia b’rebħa faċli fuq Salernitana bl-iskor ta’ 6-1.
Proprju l-Ħadd dawn iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu fil-kampjonat fejn din id-darba Salernitana jilqgħu lill-Bianconeri.
Kien Salernitana li ħasdu lil Juventus meta fetħu l-iskor permezz ta’ Chukwubuikem Ikwuemesi wara ftit sekondi.
Iżda t-team immexxi mill-coach, Massimiliano Allegri, irkupra tant tajjeb li skorja sitt darbiet mingħajr risposta, bil-goals jaslu minn players differenti – Fabio Miretti (12), Andrea Cambiaso (34), Daniele Rugani (54), Dylan Bronn (75 og), Kenan Yildiz (88) u Tim Weah (91).