Friday, November 15, 2024

Coppa Italia: Juventus jitħabtu aktar milli kien mistenni

Aqra wkoll

Juventus sabuha diffiċli aktar milli kien mistenni biex għelbu lil Monza bl-iskor ta’ 2-1 u bbukkjaw posthom fil-kwarti-finali tal-Coppa Italia. 

Fil-veritá huma utilizzaw bosta żgħażagħ li awguraw tajjeb għall-futur. 

Kien Moise Kean (8) li fetaħ l-iskor għall-Bianconeri iżda Mattia Valoti (24) kiseb id-draw għal Monza. 

Peró, Federico Chiesa (78) skorja dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa li kien l-ewwel wieħed mindu rritorna mill-injury fit-tul. 

Atalanta v Spezia – F’partita mill-aktar divertenti, Atalanta ikkwalifka għal mal-aħħar tmienja b’rebħa ta’ 5-2 fuq Spezia. 

Il-goals waslu minn Ademola Lookman (10), 12), Hans Hateboer (26), Rasmus Hojlund (72) u auto-goal ta’ Ethan Ampadu (92) filwaqt li Albin Ekdal (14) u Daniele Verde (38) wieġbu għall-viżitaturi. 

Lazio v Bologna – Lazio laqgħu lil Bologna u rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal tal-partita jasal minn Felipe Anderson (33).

Wara li ntlagħab ir-round tal-Aħħar 16, il-kwarti-finali huma:

Inter v Atalanta (31 ta’ Jannar)

Roma v Cremonese (1 ta’ Frar)

Fiorentina v Torino (1 ta’ Frar)

Juventus v Lazio (2 ta’ Frar)

Ekonomija

Sport