Milan ikkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-Coppa Italia b’rebħa komda ta’ 4-1 fuq Cagliari.
L-eroj tar-Rossoneri kien Luka Jovic li skorja doppjetta. Huwa fetaħ l-iskor fit-29 minuta meta kkonkluda mill-cross ta’ Theo Hernandez.
Imbagħad tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Jovic irdoppja hekk kif ħasad għal kollox lill-goalkeeper Boris Radunovic.
Imbagħad ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, id-debuttant ta’ 19-il sena, Chaka Traore, niżżel ismu fost l-iskorers biex aċċerta r-rebħa għat-team immexxi mill-coach, Stefano Pioli.
Tliet minuti minn tmiem il-partita, Cargliari naqqsu l-marġni tal-iskor minn Paulo Azzi iżda fil-ħin miżjud Rafael Leao ssiġilla r-rebħa.