Friday, December 27, 2024

Coppa Italia: Roma u Atalanta mal-aħħar tmienja

Aqra wkoll

Roma kkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-Coppa Italia meta bi tbatija għelbu lit-team mis-Serie B, Cremonese, bl-iskor ta’ 2-1. 

Huma ħadu ħasda kbira meta, fis-37 minuta,  Frank Tsadjout fetaħ l-iskor għal Cremonese. 

Iżda żewġ goals fit-tieni taqsima minn Romelu Lukaku (77) u Paulo Dybala (85) mill-11-il metru, dawru telfa f’rebħa għat-team immexxi mill-coach, Jose Mourinho. 

*Anke Atalanta qatgħu l-passaġġ tagħhom mal-aħħar tmienja ta’ din il-kompetizzjoni meta ospitaw lil Sassuolo u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1. 

Il-goals tal-Bergamaschi waslu minn doppjetta ta’ Charles De Ketelaere (24, 63) u Aleksey Miranchuk (71) filwaqt li Daniel Boloca (92) wieġeb għat-telliefa. 

Ekonomija

Sport