Corinthians qed isegwu sew lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Paul Pogba li kif inhu fatt magħruf se jkun qed jirritorna jilgħab il-futbol f’Marzu li ġej meta tintemmlu s-sospensjoni tad-doping.
Pogba, li għandu 31 sena, qed jinteressa bosta timijiet bit-tama li l-karriera tiegħu tirxoxta mill-ġdid wara li f’dawn l-aħħar snin kienet mtappna b’diversi injuries jew kontroversji.
Diversi diriġenti ta’ Corinthians qed jikkuntattjaw lil Pogba fit-tentattiv li jħajruh jiġi magħhom.