Tuesday, March 31, 2026

Cospicua Rangers A u Qormi Pinto A itemmu fi draw il-konfront prinċipali tal-ġurnata

Aqra wkoll

Cospicua Rangers A u Qormi Pinto A temmew id-dwell tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika fi draw ta’ 10-10 hekk kif il-ġimgħa l-oħra ntlagħbet is-seba’ ġurnata tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball. Kienet logħba bilanċjata fejn minkejja li ż-żewġ timijiet ippruvaw jiksbu rebħa mill-konfront tagħhom, spiċċaw kellhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed.

Mill-banda l-oħra, Ħamrun 147 A għelbu lil Mrieħel Billiard House 11-6 sabiex qabżuhom fil-klassifika.

F’sezzjoni A tar-Regional League, il-leaders Qormi Pinto għelbu lil Ħamrun 147 C 11-6. Fl-istess waqt, Żebbuġ St Joseph A kellhom rebħa faċli ta’ 11-1 kontra Domus Kids Żejtun A filwaqt li Valletta Fossa Boys kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara skor ta’ 11-7 kontra San Ġwann Tiki Taka Boys.

F’sezzjoni B tal-istess kampjonat, il-leaders huma Ħamrun 147 B li rebħu 11-3 lil Birkirkara Youngsters. Rebħiet tajbin kisbuhom Selmun Sports Club A u San Ġwann Tiki Taka Spartans li għelbu lil Siġġiewi Montekristo A (11-8) u PL Balzan A (11-4) rispettivament.

F’sezzjoni A tal-Community League, Cospicua Rangers B u PL Floriana jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika.

Il-Bormliżi rebħu 11-3 lill-istess Furjaniżi sabiex qabżuhom fil-klassifika u issa jinsabu fl-ewwel post. Ħamrun 1889 Bar u Mrieħel Billiard House B spiċċaw fi draw ta’ 10-10 filwaqt li Żebbuġ St Joseph B u Selmun Sports Club C kisbu tliet punti importanti għas-spejjeż ta’ Birżebbuġa St Peter’s B (11-4) u Siġġiewi Montekristo C (11-7) rispettivament.

Finalment f’sezzjoni B, Ħamrun 147 D żammew ir-rekord perfett tagħhom wara li rebħu d-disa’ logħbiet li lagħbu. Huma ma kinux fl-azzjoni matul il-ġimgħa li għaddiet għalkemm l-eqreb rivali tagħhom Birkirkara Boċċi resqu viċin tagħhom wara skor pożittiv ta’ 11-4 kontra Siġġiewi Montekristo. Qormi Anici u Selmun Sports Club B temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 10-10 filwaqt li Birżebbuġa St Peter’s A xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Żebbuġ St Joseph C 11-9. San Ġwann Tiki Taka Buddies kisbu tliet punti importanti wara skor pożittiv ta’ 11-7 kontra PL Balzan B.

KLASSIFIKA NATIONAL LEAGUE

Cospicua Rangers A 14, Qormi Pinto A 13, Hamrun 147 A 7, Mriehel Billiard House A 6

KLASSIFIKA REGIONAL LEAGUE – SEZZJONI A

Qormi Pinto B 13, Hamrun 147 C 12, San Gwann Tiki Taka Boys 7, Zebbug St Joseph A 6, Valletta Fossa Boys 6, Domus Kids Zejtun A 0

KLASSIFIKA REGIONAL LEAGUE – SEZZJONI B

Hamrun 147 B 15, Birkirkara Youngsters 12, San Gwann Tiki Taka Spartans 9, Selmun Sports Club A 4, Siggiewi MonteKristo A 3, PL Balzan A 1

KLASSIFIKA COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI A

Cospicua Rangers B 24, PL Floriana 22, Hamrun 1889 Bar 17, Birkirkara Juve 15, Birzebbuga St Peters B 13, Zebbug St. Joseph B 11, Selmun Sports Club C 10, Mriehel Billiard House B 7, Siggiewi MonteKristo C 6

KLASSIFIKA COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI B

Hamrun 147 D 27, Birkirkara Bocci 21, Siggiewi MonteKristo B 18, San Gwann Tiki Taka Buddies 18, Selmun Sports Club B 16, Qormi Anici 13, Birzebbuga St Peters A 12, Zebbug St. Joseph C 4, PL Balzan B 1

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport