Cospicua Rangers B u Ħamrun 147 D jinsabu fl-ewwel post tas-sezzjoni tagħhom tal-Community League hekk kif matul din il-ġimgħa ntlagħbet ġurnata oħra ta’ logħob tal-Blackball.
Cospicua Rangers D rebħu l-konfront tagħhom kontra Żebbuġ St Joseph B 11-5 sabiex baqgħu jżommu ż-żewġ punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom PL Floriana li min-naħa tagħhom għelbu 11-4 lil Selmun Sports Club C.
F’aktar logħbiet minn sezzjoni A, Birkirkara Juve ħarġu rebbieħa fuq Mrieħel Billiard House B 11-3 filwaqt li Ħamrun 1889 Bar xejn ma sabuha faċli kontra Siġġiewi Montekristo minkejja li rebħu 11-9.
F’sezzjoni B, il-leaders Ħamrun 147 D ġew miżmuma fi draw ta’ 10-10 minn Birżebbuġa St Peter’s A f’logħba ferm bilanċjata u emozzjonanti sal-aħħar.
Fit-tieni post hemm San Ġwann Tiki Taka Buddies u Birkirkara Boċċi li jinsabu seba’ punti taħt l-istess Ħamruniżi fil-klassifika. Iż-żewġ naħat iltaqgħu kontra xulxin fl-iktar logħba mistennija u kienu t-tim minn San Ġwann li ħarġu rebbieħa 11-4.
F’aktar logħbiet, Selmun Sports Club B għelbu lil Żebbuġ St Joseph C 11-6 filwaqt li Qormi Anici kisbu tliet punti prezzjużi wara suċċess ta’ 11-7 kontra Siġġiewi Montekristo.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE SEZZJONI A
Cospicua Rangers B 27, PL Floriana 25, Hamrun 1889 Bar 20, Birkirkara Juve 18, Birzebbuga St Peters B 13, Zebbug St. Joseph B 11, Selmun Sports Club C 10, Mriehel Billiard House B 7, Siggiewi Montekristo C 6
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE SEZZJONI B
Hamrun 147 D 28, San Gwann Tiki Taka Buddies 21, Birkirkara Bocci 21, Selmun Sports Club B 19, Siggiewi Montekristo B 18, Qormi Anici 16, Birzebbuga St Peters A 13, Zebbug St. Joseph C 4, PL Balzan B 1

