Ġappun……….. 0
Costa Rica……. 1
Costa Rica nsew l-umiljazzjoni ta’ 7-0 kontra Spanja biex għelbu lill-Ġappun bl-iskor ta’ 1-0 u biex daħlu biċ-ċans li jikkwalifikaw għar-round tal-Aħħar 16 għalkemm issa jridu jilagħbu kontra l-Ġermanja.
Min-naħa tal-Ġappun, din kienet opportunitá mitlufa wara li kienu ġejjin minn rebħa fuq il-Ġermanja.
Il-logħba kienet waħda bilanċjata u kienet destinata għal draw.
L-aħjar ċans tal-Ġappun wasal fis-57 minuta meta minn qagħda ideali, it-tentattiv ta’ Yuki Soma għadda ftit għoli.
Il-partita baqgħet bilanċjata u dehret li anke setgħet tispiċċa fi draw. Madankollu, Kysher Fuller spiċċa l-eroj ta’ Costa Rica meta fil-81 minuta huwa skorja l-uniku goal tal-logħba meta x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa ġie devjat għal ġox-xibka.
Ġappun: Shuichi Gonda, Yuto Nagatomo (Hiroki Ito 46), Maya Yoshida, Ko Itakura, Miki Yamane (Kaoru Mitoma 62), Hidemasa Morita, Wataru Endo, Yuki Soma (Takumi Minamino 82), Daichi Kamada, Ritsu Doan (Junya Ito 67), Ayase Ueda (Takuma Asano 46) – Coach: Hajime Moriyasu
Costa Rica: Keylor Navas, Bryan Oviedo, Francisco Calvo, Oscar Duarte, Kendall Waston, Gerson Torres (Brandon Aguilera 65), Yeltsin Tejeda, Celso Borges, (Youstin Salas 89), Keysher Fuller, Anthony Contreras (Jewison Bennette 65), Joel Campbell (Daniel Chacon 92) – Coach: Luis Fernando Suarez
Referee: Michael Oliver (Ingilterra)
Assistenti: Stuart Burt, Simon Bennett (Ingilterra)
Ammoniti: M. Yamane, K. Itakura, W. Endo (Ġ); A. Contreras, C. Borges, F. Calvo (CR)