Il-goalkeeper ta’ Real Madrid Thibaut Courtois kien ferm diżappuntat wara r-riżultat li kiseb fil-Ballon d’Or fis-serata li saret it-Tnejn filgħaxija. Fil-fatt il-gowlkiper Belġjan ta’ 30 sena seta’ jispiċċa biss fis-seba’ post tal-klassifika, pożizzjoni li xejn ma niżlet tajjeb mal-eks gowlkiper ta’ Chelsea.
“Jidher li jekk tiskorja l-gowls jiswa aktar milli meta ssalva wieħed. Dis-sena lanqas wasalt sal-podju u ninsab verament iddispjaċut għax naħseb kien ħaqqni aħjar.”
Kien il-kollega tiegħu ma’ Real Madrid Karim Benzema li rebaħ dan il-premju prestiġjuż.