Il-każi attivi ta’ Covid-19 komplew jonqsu biex issa niżlu għal 1,680 hekk kif il-każi ta’ fejqan komplew jiżbqu l-każi ġodda.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 116-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 207 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 57 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqisma tal-Kura Intensiva.
It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 589 wara li bejn is-Sibt u l-Ħadd mietu żewġ nisa ta’ 77 u 83 sena u żewġt irġiel ta’ 65 u 66 sena waqt li kienu pożittivi għall-Covid.
Sas-Sibt filgħaxija kienu ngħataw 1,230,442 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 337,749 kienu dożi tal-booster.