Sunday, October 27, 2024

Covid: 122 każ ġdid u jfiqu 184; tmut anzjana

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 komplew jonqsu biex issa niżlu għal 1,565 hekk kif il-każi ta’ fejqan komplew jiżbqu l-każi ġodda.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 122 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 184 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 52 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqisma tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 593 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 70 sena waqt li kienet pożittiva bil-Covid.

Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 1,232,438 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 338,537 kienu dożi tal-booster.

Sport