Friday, December 13, 2024

Covid: 143 każ ġdid u jfiqu 209; Imutu tliet anzjani

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa nstabu 143 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 209 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li l-każi attivi issa huma 1,872.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 70 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqisma tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 579 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu tliet irġiel li kellhom 80, 85 u 92 sena rispettivament waqt li kienu pożittivi bil-Covid.

Sal-Ħamis filgħaxija kienu ngħataw 1,227,416 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 336,750 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport