Mill-2,942 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 102 persuni pożittivi għall-Covid-19, filwaqt li dawk li rkupraw kienu jammontaw għal 103. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi tista’ tgħid li baqa’ mhux mittiefes għal total ta’ 1,962.
Intant filwaqt li l-każi tal-lum qed jiġu investigati, mill-każi tall-bieraħ jirriżulta li li kien hemm 32 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom li kien diġà pożittiv għall-Covid-19, ħames każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ kollegi pożittivi għall-coronavirus, żewġ każi li ġew f’kuntatt ma’ persuni diġà pożittivi, u żewġ każi minn attivitajiet soċjali.