Saturday, November 16, 2024

Covid-19: 109 każi ġodda filwaqt li jirkupraw 108

Aqra wkoll

Mit-3,460 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 109 każ ġdid ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 108 persuni li kienu rapportati li rkupraw mill-virus.

Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi f’Malta jibqa’ wieħed stabbli, b’2,079 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każ tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 14-il każ ta’ persuni li kienu ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom li kien pożittiv għall-Covid-19, tliet każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, u ħames każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni diġà pożittivi għall-Covid-19.

Ekonomija

Sport