Sunday, November 10, 2024

Covid-19: 13-il każ ġdid u jfiqu 29; tmut anzjana

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 13-il każ ġdid u rkupraw 29 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 471.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 16-il persuna rikoverati u li erba’ minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

It-total tal-vittmi tal-Covid-19 issa huwa 457 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 94 sena waqt li kienet pożittiva bil-virus. 

Sal-bieraħ kienu ngħataw 814,957 doża tal-vaċċin li minnhom 6,141 huma booster dose.

Sport