Saturday, December 21, 2024

Covid-19: 14-il pazjent jirċievu l-kura l-Isptar Mater Dei – 4 persuni l-ITU

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 16-il każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li kien hemm 13-il persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huwa ta’ 222.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 460 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.

Bħalissa f’Mater Dei hemm 14-il pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, b’erba’ minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 869,715 doża tal-vaċċin li minnhom 46,099 kienu d-doża addizzjonali.

Ekonomija

Sport