Thursday, September 19, 2024

Covid-19: 24 każ ġdid u jfiqu 23; l-ebda persuna fl-ITU

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 24 każ ġdid u rkupraw 23 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa telgħu għal 294.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li bħalissa hemm sitt persuni rikoverati u li ħadd minnhom ma jinsab fit-Taqsima tal-kura intensiva.

It-total tal-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 459 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 829,340 doża tal-vaċċin li minnhom 16,283 huma booster dose.

Sport