Saturday, December 14, 2024

Covid-19: 34 każ ġdid u jfiqu 35 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 2,362 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 34 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 35 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 634.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 32 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tnejn li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ ta’ 440 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-Ħadd ngħataw total ta’ 795,649 doża. Minn dawn 413,205 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 412,062 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport