Sunday, December 22, 2024

Covid-19: 56 każ ġdid u jfiqu 121; żewġ anzjani jmutu

Aqra wkoll

Minn total ta’ 2,615 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 56 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 121 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 878.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 33 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 38 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm ħamsa li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet telgħu għal 428 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 63 sena u mara ta’ 71 sena waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ingħataw total ta’ 774,907 doża. Minn dawn 404,461 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 396160 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport