Sunday, October 27, 2024

Covid-19: Diġà ngħataw 530 booster dose

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 41 każ ġdid u rkupraw 29 persuna mill-virus.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 29 persuna rikoverati u li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

L-ammont ta’ każi attivi issa huwa ta’ 722 fejn ukoll ma ġew imħabbra l-ebda mwiet kaġun tal-pandemija u b’hekk it-total ta’ mwiet baqa’ ta’ 445.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 800,572 doża tal-vaċċin li minnhom 530 kienu booster dose.

Sport