Saturday, November 9, 2024

Covid-19: Ifiqu kważi t-tripplu tal-każi ġodda; Imut anzjan

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 27 każ ġdid u rkupraw 79 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 643.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 25 persuna rikoverati u li erba’ minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

Il-vittmi tal-Covid-19 żdiedu għal 453 wara li fl-aħħar sigħat miet raġel ta’ 84 sena waqt li kien pożittiv għall-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 810,125 doża tal-vaċċin li minnhom 4,477 huma booster dose.

Sport