Wednesday, December 18, 2024

Covid-19: Ikomplu jonqsu l-każi attivi; imut raġel

Aqra wkoll

Komplew jonqsu l-każi attivi ta’ Covid-19 wara li bejn il-Ħadd u t-Tnejn kien hemm aktar persuni li fiequ milli każi ġodda.

Fil-fatt, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 175 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 236 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 2,331.

It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 570 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 65 sena waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 90 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-Ħadd filgħaxija kienu ngħataw 1,222,529 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 334,448 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport