Saturday, September 14, 2024

Covid-19: Il-Ġermanja tintroduċi restrizzjonijiet ġodda hekk kif ikomplu jiżdiedu l-imwiet u l-każi ġodda

Aqra wkoll

Fil-Ġermanja kienu mnedijin miżuri ta’ lockdown stretti, bi skejjel u negozji mhux essenzjali jingħalqu f’tentattiv li titwaqqaf iż-żieda kbira reġistrata fl-infezzjonijiet ġodda ta’ Covid-19.

Il-miżuri se jkunu qed jibqgħu fis-seħħ sal-10 ta’ Jannar li ġej. Jum il-Milied se jkun qed jara tnaqqis temporanju fil-miżuri impost, b’familja tista’ tilqa’ f’darha lil erba’ qraba oħrajn.

Il-pajjiż irrapporta 952 imwiet u 27, 728 każ ġdid ta’ Covid-19 ilbieraħ.

Pajjiżi oħrajn Ewropej żiedu r-restrizzjonijiet tagħhom qabel il-Milied bi Franza timponi curfew għas-sigħat ta’ filgħaxija.

Taħt il-miżuri ġodda imnedijin fil-Ġermanja, se jkunu negozji essenzjali biss bħal supermarkets u banek li se jkunu qed jitħallew jibqgħu joperaw b’mod normali. Retoranti, bars u ċentri ta’ divertiment ilhom magħluqin minn Novembru, u wħud mill-istati fil-pajjiż kienu imponew il-miżuri ta’ lockdown tagħhom.

Id-952 każ ta’ mewt imħabbrin ilbieraħ huma rekord ġdid għall-Ġermanja tul il-pandemija. Madankollu din iċ-ċifra tista’ tinkludi mwiet li ma kinux inklużi fil-jiem preċedenti.

Ekonomija

Sport