Saturday, October 26, 2024

COVID-19: Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson jaħtar ministru għall-vaċċin

Aqra wkoll

Il-Ministru Brittaniku illum ħatar ministru għall-vaċċini hekk kif qed tipprepara biex tlaqqam miljuni ta’ persuni kontra l-coronavirus. It-tlaqqim potenzjalment jista’ jibda fi żmien ftit jiem.

Il-Prim ministru boris Johnson qal li Nadhim Zahawi se jkun qed imexxi l-akbar programm ta’ tlaqqim fil-pajjiż f’għexieren ta’ snin.

Ir-regolatur mediċinali tar-Renju Unit attwalment qed janalizza żewġ vaċċini – wieħed żviluppat minn Pfizer u BioNTech, u l-ieħor mill-Università ta’ Oxford u AstraZeneca. Dan bil-għan li jiddeterminaw jekk il-vaċċini humiex siguri u effettivi.

Il-ġurnal The Guardian irrapporta li l-isptarijiet intqalilhom li jistgħu jibdew jirċievu l-ewwel dożi tal-vaċċin ta’ Pfizer mis-7 ta’ Diċembru, ladarba jkun approvat.

Zahawi, li huwa wkoll il-Ministru għan-Negozju, qal li jinsab kuntent ferm li nħatar f’dan ir-rwol. Huwa qal li se jkun qed jagħmel minn kollox biex jassigura li l-vaċċini jibdew jitqassmu malajr biex jiġu salvati l-ħajjiet tan-nies u anke l-impjiegi.

Sport