Monday, December 23, 2024

Covid-19: Jirkupraw 229 persona u rreġistrati 95 każ ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,795 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 95 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 229 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 2,060.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 32 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 33 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm żewġ persuni li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 423 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 751,546 doża. Minn dawn 396,686 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 375,373 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport