Thursday, November 14, 2024

COVID-19: Tibda tingħata t-tilqima tal-AstraZeneca fir-Renju Unit

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 82 sena minn Oxford kien l-ewwel persuna fid-dinja li ngħata l-vaċċin kontra l-Covid-19 żviluppat mill-Università ta’ Oxford u AstraZeneca. 

Brian Pinker, li huwa pazjent bid-dijalisi, irċieva t-tilqima lbieraħ, għall-ħabta tas-7.30 a.m. fl-Isptar Churchill ta’ Oxford.

Fi stqarrija li ta, Pinker stqarr li din it-tilqima se tagħtih serħan il-moħħ filwaqt li kompla jirċievi t-trattament, u li kien qed jistenna bil-ħerqa li jiċċelebra t-48 anniversarju tat-tieġ tiegħu fi Frar. 

“Ninsab kuntent ħafna li qed nieħu l-vaċċin u tassew kburi li dan inħoloq f’Oxford. L-infermiera, it-tobba u l-istaff kienu eċċellenti u issa nista’ nistenna bil-ħerqa li niċċelebra t-48 anniversarju tat-tieġ ma’ marti Shirley,” qal Pinker. 

L-infermiera li tagħtu t-tilqima, Sam Foster, qalet li kien ta’ privileġġ għaliha li tat l-ewwel vaċċin ta’ Oxford, ftit metri bogħod minn fejn ġie żviluppat. “Inħarsu ‘l quddiem li nagħtu t-tilqima lil ħafna iktar pazjenti u staff fil-ġimgħat li ġejjin.”

Ekonomija

Sport