L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn is-Sibt u l-Ħadd feġġew 191 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 401 oħra mill-virus. Dan ifisser li l-każijiet attivi issa niżlu għal 3,133
It-total ta’ mwiet telgħu għal 547 wara li fl-istess 24 siegħa mietu żewġt irġiel li kellhom 75 u 85 sena waqt li kienu pożittivi għall-virus.
Fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 93 persuni li qed jingħataw il-kura minħabba l-Coronavirus, b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sas-Sibt filgħaxija, kienu ngħataw 1,209,784 tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 329,387 kienu dożi tal-booster.