Saturday, November 16, 2024

Covid: 229 każ ġdid u jfiqu 575; imutu tliet anzjani

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 sieħa feġġew 229 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 575 oħra mill-virus. Dan ifisser li l-każijiet attivi komplew jonqsu u bħalissa hemm 3,597 każ attiv.

It-total ta’ mwiet telgħu għal 544 wara li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa miet raġel ta’ 70 sena u żewġ nisa li kellhom 84 sena u 91 sena rispettivament, waqt li kienu pożittivi għall-Covid.

Fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 105 persuni li qed jingħataw il-kura minħabba l-Coronavirus, b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-Ħamis filgħaxija, kienu ngħataw 1,206,841 tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 328,074 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport