L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis feġġew 304 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 115 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 1,861.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 619 hekk kif fl-istess 24 siegħa mietet anzjana ta’ 84 sena waqt li kienet pożittiva għall-virus.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 50 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’persuna minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-Erbgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,251,260 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 347,580 kienu dożi tal-booster.