Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 4,487.
Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 323 każ ġdid filwaqt li 542 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus.
Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 90, b’ħamsa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 536 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġt irġiel li kellhom 61 sena u 77 sena waqt li kienu pożittivi għall-virus.
Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,198,156 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 322,092 li huma dożi tal-booster.