L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn il-Ħadd u t-Tnejn feġġew 72 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 80 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 861.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 42 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
It-total tal-imwiet relatati mal-imxija tal-Covid-19 issa huma 609 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 80 sena waqt li kienet pożittiva bil-virus.
Sal-Ħadd filgħaxija kienu ngħataw 1,246,081 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 344,726 kienu dożi tal-booster.